EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016M/PRO/09

Verzjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
PROTOKOLL (Nru 9) DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ARTIKOLU 16(4) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U L-ARTIKOLU 238(2) TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA BEJN L-1 TA' NOVEMBRU 2014 U L-31 TA' MARZU 2017 MINN NAĦA WAĦDA, U MILL-1 TA' APRIL 2017 MIN-NAĦA L-OĦRA

ĠU C 202, 7.6.2016, p. 274–274 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2016/pro_9/oj

   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/274


PROTOKOLL (Nru 9)

DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ARTIKOLU 16(4) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U L-ARTIKOLU 238(2) TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA BEJN L-1 TA' NOVEMBRU 2014 U L-31 TA' MARZU 2017 MINN NAĦA WAĦDA, U MILL-1 TA' APRIL 2017 MIN-NAĦA L-OĦRA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

B'KONT MEĦUD ta' l-importanza fundamentali li l-qbil dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 min-naħa l-waħda, u mill-1 ta' April 2017 min-naħa l-oħra (minn issa 'l quddiem, “id-Deċiżjoni”) fl-approvazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona,

QABLU DWAR id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu uniku

Qabel l-eżami mill-Kunsill ta' kwalunkwe abbozz li jkun jimmira jew li jemenda jew li jirrevoka d-Deċiżjoni jew kwalunkwe dispożizzjoni tagħha, jew li jemenda indirettament il-kamp ta' applikazzjoni jew it-tifsira tagħha permezz tal-modifika ta' att legali ieħor ta' l-Unjoni, il-Kunsill Ewropew għandu jwettaq deliberazzjoni preliminari dwar l-abbozz imsemmi, waqt li jaġixxi b' konsensus skond l-Artikolu 15(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.


Top